Wednesday, March 27, 2024

Russell Crowe f’pajjiżna għat-tieni darba fi ftit xhur

Aqra wkoll

Wara ż-żjara tiegħu f’pajjiżna ftit tax-xhur ilu, l-attur ta’ ‘Gladiator’ Russell Crowe reġa’ uża l-istess strateġija biex jistaqsi lis-segwaċi jekk jagħrfux fejn qiegħed.

Fuq post li tella’ fuq Twitter aktar kmieni, il-Maltin u dawk li tant għandhom għal qalbhom lil pajjiżna malajr għarfu li Crowe kien irritorna, iżda oħrajn ma rnexxilhomx jagħrfu l-post, anke minħabba ċ-ċpar qawwi ta’ dagħlodu.

F’Novembru li għadda, proprju wara 22 sena l-Forti Ricasoli reġa’ kellha żjara mill-attur ta’ fama internazzjonali.

Dakinhar huwa kien kiteb fuq Twitter: “Sirt inħobb lil Malta fl-1999 u qed niġi nfakkar eżatt għaliex f’kull kantuniera… Dan il-post huwa affaxxinanti”

Crowe twieled fis-7 ta’ April 1964 fi New Zealand. Huwa kien ġie Malta fl-1999 meta kien ħa sehem fil-film ‘Gladiator, li kien kiseb fama internazzjonali.

Ekonomija

Sport