Għalkemm diġa’ għaddew tlett ijiem mill-mewt tal-eks president ta’ AC Milan Silvio Berlusconi, għadhom deħlin diversi messaġġi u dikjarazzjonijiet minn diversi plejers li xi darba jew oħra kellhom x’jaqsmu ma’ dan il-personaġġ li biddel il-futbol lura għas-snin tmenin.
Wieħed minn dawn kien Ruud Gullit li bejn l-1987 u l-1994 libes il-flokk aħmar u iswed tal-klabb.
Fuq Twitter, l-eks plejer Olandiż tkellem dwar l-opportunita’ li Berlusconi tah sabiex jilgħab ma’ wieħed mill-aqwa timijiet fid-dinja dak iż-żmien fejn flimkien ma’ Frank Rijkaard u Marco Van Basten kienu trio ta’ attakkanti mill-aqwa.
Gullit temm jgħid li mal-mewt ta’ Berlusconi ntemmet era ta’ futbol mill-aqwa.
Intant, l-Erbgħa sar il-funeral tal-eks president ta’ Milan.