Sunday, December 22, 2024

Ryan Borg jirkupra mill-aħħar post għal post fuq il-podju fl-Italja

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Ella Zammit ta’ 18-il sena u Ryan Borg ta’ 24 sena, it-tnejn sewwieqa tal-GP Racing Karts, fi tmiem il-ġimgħa kkompetew f’Kartsport Circuit Races f’Sette Laghi Castelletto di Branduzzo fl-Italja. Zammit spiċċat fit-8 post fil-Klassi 125 Senior X30, u Borg spiċċa fit-3 post fil-Klassi OK 125 Senior.

Zammit kellha tiġrija mill-aqwa minkejja li sofriet puncture u ħsara mekkanika. Borg wara li kellu inċident kellu jiġġieled lura mill-aħħar pożizzjoni għal tmiem fuq il-podju fit-tielet post.

Is-Sewwieq Taljan, u l-eks champion Alex Machado ikkowċja lil Zammit u Borg f’Sette Laghi. Mike Clews, team manager ta’ GP Racing Karting Team Malta, akkumpanja lis-sewwieqa fl-Italja.

Ekonomija

Sport