Tuesday, December 24, 2024

Ryan Giggs quddiem il-qorti b’akkużi ta’ vjolenza domestika

Aqra wkoll

L-eks player ta’ Manchester United, Ryan Giggs, it-Tnejn mistenni jittella’ l-qorti b’akkużi ma’ mġiba ta’ kontroll u koerċizzjoni kontra l-eks sieħba tiegħu Kate Greville, bejn Awwissu 2017 u Novembru 2020. 

Giggs, 48 sena, huwa akkużat ukoll li aggredixxa lil Greville, li kkawża ġrieħi fuq il-ġisem, u attakk komuni fuq oħtha ż-żgħira, Emma Greville, fid-dar tiegħu.

Qabel, huwa kien ċaħad l-allegazzjonijiet u wieġeb mhux ħati tal-akkużi kollha. Iżda l-każ diġà kellu implikazzjonijiet fuq il-karriera tiegħu ta’ coach. 

Giggs tilef iċ-ċans li jwassal lil Wales għall-Kampjonat Ewropew tas-sena l-oħra wara li tpoġġa fuq leave mill-FA ta’ Wales minn Novembru 2020.

Eventwalment huwa kellu jirriżenja minn dak l-irwol f’Ġunju wara li Wales ikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja taħt it-tmexxija tal-eks assistent tiegħu Rob Page. 

Ekonomija

Sport