Friday, December 20, 2024

Ryan Muscat u Hannah Cutajar jirbħu t-tellieqa inawgurali tal-Garmin Maltese Islands SwimRun

Aqra wkoll

SwimRun huwa sport ta’reżistenza li fih l-atleti jiġru u jgħumu matul korsa fil-kampanja u fil-baħar mingħajr ma jieqfu bejn kull taqsima. Fis-snin li għaddew seħħew numru ta’SwimRuns iżda l-Garmin Maltese Islands SwimRun kienet l-ewwel waħda min-natura tagħha.

Miżmuma nhar il-Ħadd 3 ta’Ottubru, l-Garmin Maltese Islands SwimRun kien avveniment mifruxa fuq it-tlet gżejjer li ra atleti jibdew f’Għawdex, jipproċedu għal Kemmuna u jispiċċaw f’Malta.

It-tellieqa bdiet fil-kampjana Għawdxija tan-Nadur, fuq medda ta ’6km sa Ħondoq ir-Rummien, Wara għawma qasira fil-Bajja ta’ Kiki, il-parteċipanti spiċċaw gewwa Ħondoq fejn kellhom jgħumu għawma ta’ 1.5km fil-fliegu tat-Tramuntana ta ’Kemmuna. Dan il-fliegu huwa mgħaruf għall-kurrenti qawwija u mbatt qawwi, partikolarment wara l-maltempati li laqtu l-gżejjer Maltin fis-siegħat ta’qabel it-tellieqa. Din it-taqsima kienet ikkunsidrata ikkunsidrat bħala l-iktar parti iebsa tat-tellieqa kollha. Darba fuq Kemmuna, ġirja ta’3km wasslithom għan-naħa l-oħra tal-gżira fejn kellhom għawma ta’ 2.5km lejn il-Bajja tal-Marfa, fejn hemm kien hemm l-aħħar medda ta ’6km sal-Kappella tal-Kunċizzjoni fl-Aħrax fil-Mellieħa.

Ir-rebbieħ ġenerali kien Ryan Muscat li spiċċa f’sagħtejn 38 minuta u 12-il sekonda. Huwa kien segwit minn Josef Azzopardi (2:38:28) u Hannah Cutajar li kienet qeda fuq quddiem għal parti kbira tat-tellieqa sakemm waqgħa fixklet il-progress tagħha. Madankollu kienet l-ewwel atleta femminili u t-tielet li spiċċat f’ħin ta ‘sagħtejn 39 minuta, 10 sekondi. It-tielet raġel kien David Micallef li spiċċa tnejn u għoxrin sekonda wara Cutajar. Anjelika Ruggier u Debbie Caruana Dingli kkompletaw il-podju tan-nisa.

Fil-Kategorija tat-timijiet, Stefan Baluci u Margaret Seguna rebħu l-kategorija Mixed filwaqt li Matthew Joe Grima u Manuel Fenech rebħu l-kategorija tal-Irġiel.

“It-tellieqa tal-lum kienet l-ewwel waħda ta’dan it-tip għall-SwimRunners Maltin. Żgur li ma kinitx tellieqa faċli. Il-maltempati li kellna fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa għamlu t-terren jiżloq u l-baħar kien ta’sfida qawwija Madankollu għandna pjaċir ngħidu li l-atleti kollha spiċċaw it-tellieqa bi tbissima.irrapporta Charlie Demanuele, Direttur tat-Tiġrija.

L-istess għas-sentimenti ta’Demanuele kienu tal-President ta’ Tri Gozo,  Michael Bongailas li esprima s-sodisfazzjon tiegħu bil-parteċipazzjoni u r-riżultat ġenerali tal-avveniment. Huwa kompla jirringrazzja lil dawk kollha involuti fl-avveniment partikolarment il-Kunsilli Lokali tan-Nadur, il-Qala, Għajnsielem u tal-Mellieħa, il-Pulizija tad-Distrett tar-Rabat, Transport Malta u SportMalta għall-appoġġ biex jospitaw dan l-avveniment.

Trofej ġew ippreżentati lir-rebbieħa minn Mark Gaglione, rappreżentant ta’Garmin Malta u Amber Ruggier li tirrappreżenta AR Fitness.

L-organizzaturi esprimew l-gratitudni tagħhom lejn l-isponsor ewlieni Garmin Malta kif ukoll AR Fitness, Intersport u O.R.S. Hydration għall-kontribut tagħhom lejn dan l-avveniment.

Riżultati Garmin Maltese Islands SwimRun

 IrġielNisa
1stRyan Muscat (2:38:12)Hannah Cutajar (2:29.10)
2ndJosef Azzopardi (2:38:28)Anjelika Ruggier (3:43:22)
3rdDavid Micallef( 2:39:32)Debbie Caruana Dingli (4:38:10)
Tim MixedStefan Baluci / Margaret Seguna (3:06:54)
Tim IrgielMatthew Grima / Manuel Fenech (3:20:14)
Ekonomija

Sport