Wednesday, October 9, 2024

Ryan Pisani jirbaħ is-seba’ ranking tournament

Aqra wkoll

Ryan Pisani rebaħ is-seba’ ranking tournament organizzat mill-Federazzjoni Maltija tal-Blackball sabiex wettaq rekord ġdid ta’ erba’ suċċessi f’dawn il-kompetizzjonijiet. Fil-fatt hu kien diġa’ rebaħ ir-raba’, il-ħames u s-sitt ranking tournament sabiex kompla jżomm il-konsistenza tiegħu f’dan l-isport.

Fil-finali tal-bieraħ, Pisani għeleb lil Leon Azzopardi 10-6. Dan tal-aħħar mar minn fuq fl-ewwel frame iżda Pisani kien tajjeb ferm biex idawwar l-iskor favurih. Minn hemm ‘l hemm, hu baqa’ jżomm il-konsistenza u saħansitra mar 9-3 minn fuq.

F’mument minnhom Azzopardi kellu reazzjoni u rebaħ it-tliet frames li jmiss sabiex għamilhom 9-6 għalkemm fil-frame deċiżiv, kien Ryan Pisani li ssiġġilla r-rebħa u fl-istess waqt ir-raba’ suċċess tiegħu konsekuttiv.

Sport