Wednesday, July 24, 2024

Zak Degiovanni l-plejer tas-sena tal-Hockey Association of Malta

Aqra wkoll

Il-plejer ta’ Qormi Daikin Zak Degiovanni ġie magħżul bħala l-plejer tas-sena mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey.

Degiovanni kien determinanti għal Qormi Daikin sabiex jieħdu l-kampjonat 2022/23 filwaqt li kien deċiżiv f’xi partiti kruċjali matul l-istaġun li għadda. Apparti minn hekk, kien wieħed mill-eroj għal Qormi fil-Euro Hockey Challenge f’Ġibilta’ meta skorja erba’ gowls f’ħames logħbiet.

Degiovanni, li għandu 29 sena, ilu jilgħab il-hockey għal iktar minn 20 sena u dejjem lagħab ma’ Qormi ħlief għal sena meta kien misluf lil White Hart.

Fuq livell ta’ tim nazzjonali, Zak Degiovanni lagħab f’ħames tournaments internazzjonali fil-Litwanja, il-Kroazja, Ġibilta’, il-Portugall u fil-Polonja. Fl-aħħar tournament li ntlagħab fi Skierniewice hu skorja l-ewwel gowls tiegħu għal Malta.

Ekonomija

Sport