Wednesday, October 9, 2024

Siegħa u nofs imwaħħlin fit-traffiku wara ħabta “żgħira” fi Triq il-Mosta

Aqra wkoll

Sewwieqa li għamlu kuntatt ma’ Talk News qalu li kienu ilhom aktar minn siegħa u nofs imwaħħlin fit-traffiku fi Triq il-Mosta, qabel eżatt taqbad l-istabbiliment tal-Pama.

Jirriżulta li żewġ vetturi ħabtu anke konsegwenza tal-ammont kbir ta’ xita li kienet niżla. Sewwieqa qalulna li minħabba li l-ħabta ma kinitx daqshekk kbira, allura ma kienx hemm bżonn l-assistenza tal-pulizija.

Iżda biex l-uffiċjali tal-LESA waslu fuq il-post kienet kważi imposibbli li jagħmlu dan kemm minħabba x-xita li kienet niżla u anke minħabba l-ammont ta’ traffiku li kien hemm.

Ftit tal-minuti ilu waslu fuq il-post l-uffiċjali tal-LESA li mill-ewwel bdew bir-rapport tagħhom.

Jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Sport