Il-linja tal-ajru lowcost Ryanair qed tħejji pjani biex tkeċċi mat-3,000 ħaddiem u tagħlaq bażijiet tagħha fl-Ewropa. Dan hekk kif il-linja tal-ajru qed ikollha tiffaċċja l-effetti kbar li l-pandemija tal-coronavirus qed tħalli fuq l-industrija tal-avjazzjoni.
Filwaqt li qed takkuża lil Gvernijiet Ewropej li b’mod inġust qed isalvaw minn falliment lil kompetituri kbar tagħhom, Ryanair ħabbret programm ta’ ristrutturazzjoni li jinkludu pjani għal leave bla ħlas u tnaqqis fil-paga sa 20%.
Fi stqarrija l-linja tal-ajru qalet li dawn il-pjani se jkunu suġġeti għal konsultazzjonijiet u jaf isarrfu fit-telf ta’ 3,000 impjieg bil-biċċa l-kbira ta’ dawk li se jintlaqtu mistennijin li jkunu ndoti u cabin crew. Dan filwaqt li lesta tagħlaq numru ta’ bażijiet li għandha fl-Ewropa sakemm it-traffiku f’termini ta’ titjiriet jerġa’ jirkupra.