Sunday, December 1, 2024

Sa issa ebda provi li kien hemm theddid bi skieken fl-iskola sekondarja ta’ Ħal Kirkop

Aqra wkoll

Kelliem għall-Ministeru tal-Edukazzjoni iddikjara ma’ IT-TORĊA li sa issa  mill-investigazzjoni li saret mill-iskola sekondarja ta’ Ħal Kirkop jirriżulta li m’hemm ebda provi li kien hemm theddid bi skieken. Huma sostnew meta mitlubin jikkummentaw dwar allegat każ u li dwars sar anke rapport lill-Pulizija. Il-każ seħħ fi triq fejn toqgħod din it-tifla, fejn allegatament xi żgħażagħ ħebbew għaliha waqt li kienet qed tippassiġġa. Iż-żgħażagħ li skont l-allegazzjoni kienu mgħammdin, bdew iżommu lit-tifla u jtuha bil-ponn. Ħabbtulha rasha mal-ħajt u anke intuża mus imma l-qatgħat ma kienux fondi.

Dan il-każ qajjem diskussjoni sew fost għadd ta’ ġenituri.  Kelliem għall-Ministeru tal-Edukazzjoni meta kkummenta ma’ IT-TORĊA dwar il-każ qalilna li “l-awtoritajiet tal-iskola ħadu azzjoni immedjata hekk kif missier it-tifla għamel kuntatt mal-iskola. Saru diversi laqgħat kemm mat-tifla u anke mal-missier bl-involviment ta’ awtoritajiet edukattivi fosthom il-Kap tad-Dipartiment tad-Dixxiplina u l-Assistenti Kapijiet. 

Il-każ kien irrappurtat mill-ġenituri lill-Pulizija, fejn jidher li wieħed mill-istudenti li jattendi l-iskola sekondarja f’Ħal Kirkop hu involut.  Mill-investigazzjoni li saret mill-iskola m’hemm ebda provi li sar xi theddid li kien jinvolvi skieken ġo l-iskola. Irid jiġi nnutat li sa issa, la l-vittma u l-lanqas l-evidenza ma turi li hemm ibbuljar jew theddid ġo l-iskola jew fuq xi pjattaforma tal-iskola”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport