‘Sa sena ilu, kien għad kelli xagħari, stajt nimxi faċilment, stajt nilgħab faċilment ma’ binti, stajt niżfen u kien għad kelli d-dwiefer twal.’ Dan kien il-messaġġ li wasslet Ingrid Sammut hekk kif bħalissa għaddejja mill-battalja tal-kanċer.
Hija kompliet titkellem dwar l-isfidi li ilha taffaċja matul dawn l-aħħar sena fil-ġlieda tagħha kontra l-kanċer. Stqarret li sa sena ilu kienet għadha ma ngħatatx kimoterapija u li ma kienet għadha għamlet l-ebda operazzjoni.
Tenniet li hi qed taqsam din it-tbatija sabiex isservi ta’ ispirazzjoni għal dawk kollha li jinsabu għaddejjin minn kwalunkwe forma ta’ tbatija u turihom li jekk wieħed jagħraf ikun kuraġġuż jista’ jegħleb kull sfida.