Dun Alberto Ravagnani, saċerdot u influencer b’aktar minn 200,000 segwaċi, ħabbar li qed iħalli s-saċerdozju.
Il-vigarju ġenerali tad-djoċesi Ambrosjana, Monsinjur Franco Agnesi, ħabbar dan lill-fidili tal-parroċċa ta’ San Gottardo al Corso f’Milan: “Għeżież ilkoll, huwa d-dmir tiegħi li naqsam magħkom li Dun Alberto Ravagnani kkomunika lill-Arċisqof id-deċiżjoni tiegħu li jissospendi l-ministeru saċerdotali tiegħu.
Mill-lum, m’għadux iservi bħala vigarju parrokkjali u kollaboratur mal-ministeru djoċesan taż-żgħażagħ. It-tbatija li deċiżjoni bħal din tikkawża lil tant nies tista’ ssir, fuq kollox, opportunità għat-talb u l-fiduċja fil-Mulej.”



