L-attakkant ta’ Liverpool, Sadio Mane stabbilixxa lilu nnifsu mira li jiskorja 30 goal dan l-istaġun.
L-internazzjonali Senegaliż sab ix-xibka darba fl-ewwel tliet logħbiet tal-Premier League, u skorja fit-tieni taqsima tar-rebħa ta’ 2-0 li Liverpool kisbu fuq Burnley.
L-istaġun li għadda Mane skorja 16-il goal għar-Reds, filwaqt li l-ikbar ammont ta’ goals tiegħu fi staġun wieħed kien ta’ 26 lura fl-istaġun 2018-19.
Fi kliemu: “Irrid niskorja massimu ta’ 30 goal f’dan l-istaġun.”
“Tant kont iddiżappuntat bl-istaġun li għadda, għax ħsibt li stajt nagħmel iktar. Filwaqt li kont qed niskurja bejn 18 u 22 goal kull staġun, kont diżappuntat li matul l-istaġun li għadda skorjat biss 16-il goal.”
Il-player ta’ 29 sena għandu bżonn jiskorja żewġ goals biss oħra bil-flokk tar-Reds biex jilħaq ammont ta’ 100 goal għal Liverpool, fejn bħalissa jinsab fit-18-il post fil-lista tal-aqwa skorers tal-club ta’ kull żmien.