Monday, May 13, 2024

Bernd Leno fir-radar ta’ Inter

Aqra wkoll

Inter poġġew lill-goalkeeper ta’ Arsenal, Bernd Leno, fuq il-lista tagħhom ta’ miri ta’ trasferiment.

Iċ-champions tas-Serie A qed iħarsu lejn sostituti potenzjali għal Samir Handanovic ta’ 37 sena, li għamel sensiela ta’ żbalji fil-logħob riċenti.

L-ex internazzjonali Sloven Handanovic ilu ma’ Inter mill-2012, iżda l-kuntratt tiegħu jiskadi fis-sajf li ġej.

Leno huwa wieħed minn numru ta’ goalkeepers li Inter qed iħarsu lejhom, b’Andre Onana, Alessio Cragno u Alex Meret ukoll jinsabu fir-radar tal-club.

L-akkwist ta’ Aaron Ramsdale minn Arsenal ifisser li Leno se jiffaċċja kompetizzjoni akbar għall-flokk numru wieħed fl-Emirates Stadium dan l-istaġun.

Leno ta’ 29 sena ffirma għall-Gunners fl-2018 u żamm 34 clean sheet f’120 dehra għall-club.

Sport