L-attakkant internazzjonali Senegaliż, Sadio Mane, ingħaqad ma’ Bayern Munich mingħand Liverpool għas-somma ta’ £41 miljun.
Wara l-finali tal-UEFA Champions League, dan il-player ta’ 30 sena kien ħabbar li jrid iħalli lir-Reds minħabba li ried salarju ta’ £300,000 fil-ġimgħa liema ċifra l-ġerarkija għolja ma kinetx lesta li ċċedi għaliha biex ma tkissirx l-istruttura tal-pagi.
It-Tlieta filgħodu, Mane għamel l-eżami mediku b’suċċess biex iffirma kuntratt ta’ tliet snin. Huwa sar it-tieni akkwist ta’ Bayern ta’ dan l-istaġun wara li diġá ffirmaw lil Ryan Gravenberch mingħand Ajax.