Saturday, May 18, 2024

70,000 ħaddiem jipprotestaw fi Brussell minħabba l-għoli tal-ħajja

Aqra wkoll

Madwar 70,000 ħaddiem Belġjan niżlu fit-toroq ta’ Brussell bħala protesta. Fid-dimostrazzjoni tagħhom il-ħaddiema talbu biex il-gvern jieħu azzjoni minħabba ż-żieda qawwija fl-għoli tal-ħajja. Apparti hekk, sar ukoll strajk ta’ ġurnata ġewwa l-ajruport ta’ Brussell kif ukoll fil-qasam tat-trasport pubbliku u dan tista’ tgħid li ħoloq konflużjoni kbira.

Id-dimostranti ġarrew bnadar u kartelluni li wħud minnhom kienu jgħidu “iktar rispett, pagi ogħla”. Għadd ta’ dimostranti kienu qegħdin jisħqu li l-gvern għandu jagħmel iktar, filwaqt li oħrajn kienu qed jgħidu li dawk li jħaddmu għandhom itejbu l-pagi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol. 

L-unions qalu li kien hemm 80,000 ħaddiem preżenti fid-dimostrazzjonijiet filwaqt li l-pulizija qalu li kien hemm 70,000. Kawża ta’ dan kollu, l-Ajruport ta’ Brussell kellu jwaqqaf it-titjiriet milli jitilqu minħabba li l-azzjoni industrijali kienet qed taffettwa wkoll lill-ħaddiema tas-sigurtà. Għadd ta’ wasliet kellhom ukoll jiġu kkanċellati. 

Matul dan ix-xahar, ir-rata ta’ inflazzjoni ġewwa l-Belġju laħqet id-9%, dan l-istess bħalma qed jiġri f’numru ta’ pajjiżi oħrajn kawża tal-invażjoni Russa ġewwa l-Ukrajna. Din qiegħda twassal għal intoppi fis-sistemi ta’ produzzjoni u tqassim ta’ komoditajiet kif ukoll żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija u l-affarijiet l-iktar essenzjali. 

Sport