Tuesday, May 14, 2024

Sadio Mane jintgħażel fl-iskwadra tas-Senegal minkejja li jinsab imweġġa’

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Bayern, Sadio Mane, xorta waħda ssejjaħ fl-iskwadra tas-Senegal għat-Tazza tad-Dinja minkejja li qed jikrupra minn injury fl-irkoppa.

Huwa sofra din l-injury fir-rebħa ta’ 6-1 fuq Werder Bremen, nhar it-Tlieta li għadda u proprju l-ġurnata ta’ wara ħarġet l-aħbar li huwa kien se jitlef dan it-tournament.

Iżda kemm hu kif ukoll l-FA Senegaliża jinsabu ottimisti li se jilħaq jirkupra fil-ħin u jkun jista’ jilgħab.

Is-Senegal jibdew l-impenji tagħhom, fl-20 ta’ dan ix-xahar kontra t-team ospitu l-Qatar, segwiti bil-logħba kontra l-Olanda u l-Ekwador.

Sport