L-attakkant internazzjonali tas-Senegal, Sadio Mane, qal lir-referee biex iħassarlu l-goal fir-rebħa ta’ Bayern Munich bl-iskor ta’ 7-0 għand Bochum.
Bayern kienu diġá fil-vantaġġ ta’ 3-0 u huwa skorja iżda l-ballun ħabat ma’ idu qabel l-azzjoni. B’sens ta’ fair play, Mane talab lir-referee biex imur jara l-VAR … u fil-fatt deher li Mane mess il-ballun b’idu.
Iżda 90 sekonda wara huwa skorja goal leġittimu biex skorja l-ewwel doppjetta mindu ngħaqad ma’ Bayern, fix-xahar li għadda.
Il-facebook kien litteralment mifqugħ mill-partitarji ta’ Bayern ifaħħru dan is-sens ta’ sportivitá.