Saturday, December 21, 2024

Sajf mimli festivals tal-mużika li għandhom jattiraw eluf ta’ turisti

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Miktub minn MELVIN FARRUGIA

Bi sforz biex pajjiżna jerġa’ jagħti l-ħajja lis-settur tat-turiżmu, li hu daqstant importanti għall-ekonomija ta’ pajjiżna, qegħdin jiġu organizzati sensiela sħiħa ta’ festivals tal-mużika li mistennija jattiraw eluf ta’ turisti matul dan is-sajf. 

Matul Lulju, Awwissu u anke Settembru, hemm kalendarju sħiħ ta’ festivals, b’uħud minnhom li se jospitaw artisti ta’ ċerta fama fil-qasam tal-mużika. Fosthom nistgħu nsemmu l-BPM Festival li fih se naraw artisti bħal Fatboy Slim, Adam Beyer, ANNA, Amelie Lens, Maceo Plex u diversi oħrajn li magħrufin għall-mużika house u techno. 

Dan il-festival hu l-ewwel wieħed li qiegħed isir fil-gżejjer Maltin u se jkun qed isir matul tmiem il-ġimgħa f’Settembru. 

Malta qiegħda tiġi rreklamata bħal dik il-gżira b’aktar minn 300 ġurnata ta’ xemx, bajjiet mill-isbaħ u b’arkitettura storika li ssaħħrek. Fuq kollox, titqies bħala ġenna ta’ matul is-sajf, li għandha x-xenarju pefett għal festival mużikali bħal dan. 

Barra minn dan, hemm diversi oħrajn li wkoll qed jirreklamaw lil pajjiżna bħala l-ġenna għal dawk li jħobbu l-mużika. Fosthom hemm ir-Rythm + Waves 2020, Escape 2 the Island, Back in the Future u l-Mi Casa Festival.

Dawn il-festivals mistennija jsiru matul il-ġurnata u anke bil-lejl, fejn fil-vera sens tal-kelma, ix-xenarju tal-gżejjer Maltin se jsaħħar lil dawk it-turisti li se jżuru pajjiżna. 

Dan kollu flimkien ma’ festivals oħrajn li qegħdin jespondu artisti u talent lokali, kif ukoll il-festi Maltin, li jkomplu jagħtu dik it-togħma tal-kultura u d-drawwiet ta’ pajjiżna. 

Ekonomija

Sport