Friday, May 3, 2024

Sajjied isalva mill-għarqa wara li stkenn fi friża għal 11-il jum

Aqra wkoll

Sajjied dilettant ħelisha mill-għarqa u baqa’ ħaj wara li għal 11-il jum sħaħ mingħajr ikel u ilma baqa’ jżomm f’wiċċ l-ilma fi friża fl-oċean.

Romualdo Macedo Rodrigues ta’ 44 sena, kien qed jivvjaġġa f’dgħajsa tal-injam twila 23 pied minn Oiapoque, fl-istat ta’ Amapa, fit-Tramuntana tal-Brażil fl-aħħar ta’ Lulju.

Huwa kien qed jimmira li jasal f’Ilet la Mere, gżira ‘l barra mill-kosta tal-Gujana Franċiża, biex iqatta’ ftit jiem jistad. Id-dgħajsa li kien fuqha ħin bla waqt iżda bdiet timtela bl-ilma u bdiet tegħreq.

Romualdo ma jafx jgħum u għalhekk ippanikja u telaʼ ġo friża li kellu abbord.

Eventwalment, 11-il jum wara, huwa nlemaħ mill-ekwipaġġ ta’ dgħajsa oħra ‘il barra mill-kosta tas-Surinam, li tmiss mal-Gujana Franċiża. Wara li ġie salvat, Romualdo qal li l-aktar li nkwietaħ kien l-għatx filwaqt li kien beżgħan li kien se jiġi attakkat minn klieb il-baħar.

Romualdo qal li l-iktar jum importanti ta’ ħajtu kien il-jum meta ġie salvat u qal li  ħassu li reġa twieled mill-ġdid.

Kien maħsub li kien salvat madwar 280 mil bogħod minn fejn għerqet id-dgħajsa tiegħu.

Filmati rrekordjati fil-11 ta’ Awwissu juru l-mument inkredibbli li Romualdo ġie salvat.

Sport