Fis-sigħat li ġejjin f’pajjiżna se jkunu tlaqqmu 50% tar-residenti Maltin eliġibbli għall-booster kontra l-Covid-19.
Din il-mira tħabbret mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fi żjara fl-ikbar vaccinationhub ta’ pajjiżna, Gateway, fl-Università ta’ Malta lbieraħ.
“Se jirnexxielna nilħqu t-tir ambizzjuż li nlaqqmu nofs il-popolazzjoni adulta bil-booster sal-aħħar tas-sena, u dan ifisser li issa nistgħu nibdew insarrfu l-benefiċċju tal-booster fejn tidħol il-kwarantina” sostna d-Deputat Prim Ministru Fearne.
Dan ikompli jżid man-numru ta’ appelli kontinwi mill-awtoritajiet tas-Saħħa biex il-poplu jaċċetta l-istedina u jitlaqqam bil-booster.