Saturday, December 21, 2024

Salvati 133 persuni… 62 minnhom huma tfal

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat minn fuq il-bastiment ta’ salvataġġ Alan Kurdi ġew evakwati tmien persuni fosthom tfal.  Dawn kienu salvati bejn is-Sibt u l-Ħadd li għadda. B’kollox ġew salvati 133 immigranti fi tlett okkażjonijiet separati fejn 62 minn dawk salvati huma tfal.

Kai Echelmeyer, li hu osservatur għad-drittijiet umani abbord l-Alan Kurdi qal li fl-ewwel salvataġġ kienu salvati 90 persuna, fit-tieni wieħed 24 persuna u fit-tielet 19-il persuna.”

Hu ddikjara li “meta wieħed jara  kemm hi vasta din iż-żona, wieħed jista’ jgħid li kienu fortuna li dawn ġew salvati. Wieħed jista’ jimmaġina kemm dgħajjes għebu u ħadd ma sema’ bihom”.

Jidher li Sea Eye qed tinsisti li dawn l-immigranti jiddaħħlu l-Italja. Gorden Isler, li hu ċ-Ċerpersin ta’ Sea Watch, qal li meta għamlu kuntatt mal-awtoritajiet Taljani, dawn qalulhom biex jagħmluj kuntatt  mal-awtoritajiet ta’ salvataġġ Ġermaniżi minħabba li l-bastiment kien reġistrat taħt il-bandiera marittima Ġermaniża.

Jidher li l-awtoritajiet Taljani qalu lil Sea Watch li is-salvataġġ ma sarx f’ibħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilità ta’ salvataġġ Taljana u għalhekk huma kellhom jikkuntattjaw lill-awtoritajiet Ġermaniżi.

Apparti 62 tfal, abbord il-bastiment hemm għadd ta’ familji u nisa tqal.  Wieħed mit-tfal għadu tarbija u għandu biss ħamess xhur. 

Ekonomija

Sport