Tuesday, August 4, 2026
Home Internazzjonali Salvati 157 immigrant wara li d-dgħajsa ħadet in-nar

Salvati 157 immigrant wara li d-dgħajsa ħadet in-nar

0
1

Matul il-ġurnata tal-lum, fil-baħar bejn Franza u l-Ingilterra kienet għaddejja operazzjoni kbira ta’ salvataġġ biex jiġu salvati 157 immigrant li kienu qegħdin jaqsmu b’mod illegali.

Jirriżulta li hekk kif waslu f’nofs ta’ baħar id-dgħajsa ħadet in-nar bil-konsegwenza li l-immigranti kollha qabżu l-baħar. L-inċident seħħ fiż-żona tas-salvataġġ ta’ Franza u għalhekk kienu l-Franċiżi li mexxew din l-operazzjoni.

Jidher li ħadd ma tilef ħajtu f’dan il-każ u filwaqt li l-immigranti ddaħlu kollha fir-Renju Unit ittieħdu lura b’mod immedajt lejn Boulogne-sur-Mer fi Franza.

L-Awtoritajiet Franċiżi qalu li d-dgħajsa ħadet in-nar f’żona fejn huma għandhom iwettqu s-salvataġġ, iżda kienu aktar qrib ir-Renju Unit. Minkejja li l-immigranti ddaħlu l-Ingilterra xorta waħda ttieħdu lura lejn Franza.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here