Wara r-rebħa kbira li Napoli kisbu kontra Juventus bl-iskor ta’ 5-1, i Partenopei se jkunu fl-azzjoni għada fil-Coppa Italia kontra Cremonese.
Il-kowċ Luciano Spalletti se jkun qed jagħmel ‘l hekk imsejjaħ turnover fejn fost l-oħrajn se jkun qed jilgħab Salvatore Sirigu bejn il-lasti.
Dan tal-aħħr ftit lagħab f’dawn l-aħħar partiti u qed jissemma’ li jista’ jitlaq mill-belt tan-nofsinhar tal-Italja sabiex isib postu x’imkien ieħor. Attenti għal dak li qed jiġri hemm Reggina u Cagliari.
Sirigu għandu 36 sena u għad irid jagħmel l-ewwel dehra tiegħu mal-Partenopei.