Friday, April 26, 2024

Sal-aħħar ta’ Jannar mistenni jaslu 60,000 mistura antibijotika tat-tfal

Aqra wkoll

Meta mistoqsi dwar is-sitwazzjoni tal-mediċini out-of-stock, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li sal-aħħar ta’ dan ix-xahar għandhom jaslu 60,000 mistura antibijotika tat-tfal. Dan apparti li fl-aħħar għaxart ijiem, f’Malta waslet kunsinna ta’ mediċini antibijotiċi tat-tfal.

Fearne spjega li din hija problema li qed taffaċċja d-dinja kollha u mhux Malta biss. Però, huwa fisser li f’Malta n-numru ta’ mediċini skarsi huwa limitat meta kkumparat ma’ dak li qed jiġri f’pajjiżi oħra.

Fearne saħansitra elenka illi skont rappurtaġġ tal-ġimgħa li għaddiet, fl-Italja kien hemm 3,200 mediċina skarsi. Dan filwaqt li f’Malta, fl-aħħar aġġornament li sar fil-lista tal-mediċini “Kien hemm 22 mediċina skarsi u minn dakinhar ‘l hawn diġà hemm uħud mill-mediċini li huma disponibbli fis-suq Malti,” sostna Fearne.

Sport