Thursday, May 9, 2024

“Salvawni meta kont viċin il-mewt… issa hu l-mument li npatti lura”

Aqra wkoll

Minn VICTOR VELLA

Kien fl-eqqel tal-kriżi tal-immigrazzjoni mis-Sirja fis-sena 2015 meta Amir kien salvat flimkien ma’ oħrajn. Kien salvat mit-Taljani u ddaħħal f’Taranto,  Illum ħames snin wara, Amir qed jara lil Italja għarkubbtejha. Tiġġieled l-imxija tal-coronavirus. Madwar beda jara sofferenzi kbar fosthom ta’ persuni anzjani. Ħass, li ma setgħax jibqa’ b’idejh fuq żaqqu. Dejjem kien konxju li l-Italja salvatlu ħajtu. Għenitu meta kellu bżonn u hu ħass li issa kien il-mument li jpattilhom lura.  Beda jiġbor prodotti tal-ikel minn għand persuni li kienu lesti jgħinuhom u hu beda jqassamhom fid-djar ta’ persuni anzjani u morda f’Taranto. Inizjattiva tiegħu intalqgħet tajjeb ħafna u aktar nies qed jgħinuh.

Tkellimna ma’ Amir Karim, li oriġinarjament hu mill-Kurdistan. Tkellem magħna dwar il-ħidma li qed iwettaq biex jgħin lin-nies f’Taranto. Jisħaq magħna li għalih l-Italja tfisser id-dar tiegħu, dik li tagħtu lura l-umanità u l-paċi.

Fi kliem u stess, “iddeċidejt li nibda ngħin b’dan il-mod għax bdejt nara ħafna nies morda madwari. Morda bil-coronavirus.  Bdejt nara li l-anzjani bdew jibżgħu joħorġu minn djarhom.  Jien salvawni t-Taljani u ridt nagħti xi ħaġa lura.”

Jenfasizza li “għent ħafna familji u nies li huma bil-bżonn. Fost dawn kien hemm dawk li ma kellhomx saqaf fuq rashom.  L-anzjani kienu jbikkuni. Kont insibhom mhux qed jieħdu mediċina li tant kellhom bżonn. Ma kinux qed jeħduha għax ma kinux ħarġu jixtru minħabba li beżgħu joħorġu.  Iltqajt ma’ ħafna familji li ma setgħux joħorġu biex imorru għax-xogħol u baqgħu maqfulin fi djarhom. Ħafna minn dawn sibthom bla flus u bla ikel”.

“Iddeċidejt li nagħmel xi ħaġa.  Grazzi għan-nies ta’ Taranto u ħbieb oħra tiegħu minn madwar l-Italja u anke minn barra l-Italja, jien bdejt ngħin kif nista’. L-għajnuna qiegħda dejjem tiżdied. It-Taljani għandhom qalb kbira u dejjem jaraw kif jagħmlu biex jgħinu lil min hu fil-bżonn.

Sport