Sunday, December 22, 2024

Salvini kontra l-miżuri ta’ Conte… jitlob iktar libertà inkella jinżlu fil-pjazez bil-maskri

Aqra wkoll

Wara li l-Prim Ministru Taljan, Giuseppe Conte ħabbar l-ewwel miżuri ta’ laxkament mil-lockdown fl-Italja, il-mexxej tal-Lega Matteo Salvini ħareġ jirreaġixxi li dawn ma kinux biżżejjed.

Fl-attakk li għamel fuq Conte tard ilbieraħ filgħaxija, Salvini qal li n-nies qed jitolbuhom biex isemmgħu leħinhom. Qal li huma lesti biex filwaqt li jżommu d-distanzi, jilbsu l-maskri u b’mod paċifiku joħorġu fit-toroq. Qal li dawn il-miżuri qed ikomplu jċaħħduhom mil-libertà. 

Salvini qal li bħala partit huma semgħu, ikkollaboraw, taw suġġerimenti u kkritikaw b’mod edukat. Qal li issa, wara 47 ġurnata magħluqin, jistgħu jgħidu daqshekk. Talab biex il-gvern iħalli lin-nies joħorġu, jaqilgħu l-għajxien tagħhom u jgħixu ħajjithom. 

Qal li fil-kumplament tal-Ewropa reġgħu bdew jiftħu, iżda l-Italja baqgħet magħluqa u ma jistax jifhem għalxiex. 

Ekonomija

Sport