Saturday, December 21, 2024

Samantha Pace Gasan Kummissarju għall-Persuni b’Diżabilità

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità għandha kummissarju ġdid hekk kif Samantha Pace Gasan ħadet post Oliver Scicluna wara li dan ġie ‘co-opted’ fil-Parlament.

Kien il-Prim Ministru Robert Abela li ħatarha fil-kariga wara konsultazzjoni mal-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli.

Pace Gasan, li għandha 27 sena, hija gradwata fil-Bacellerat bl-Unuri fil-Politika Soċjali u riċentament lestiet Masters fil-Kreattività u l-Innovazzjoni.

Matul il-karriera tagħha ħadmet f’diversi entitajiet inkluż il-MEUSAC u l-Fakultà tas-Soċjetża fi ħdan l-Università ta’ Malta.

Fl-2018 Pace Gasan kellha bżonn operazzjoni fil-qalb u l-aorta u ftit wara nstab li kienet qed tbati mill-Marfan Syndrome, kundizzjoni li taffettwa l-‘connective tissues’ tal-ġisem.

Minħabba din il-kundizzjoni kellha tagħmel operazzjoni oħra sentejn wara u esperjenzat stroke li wassalha biex tilfet il-viżta minn għajn minnhom.

Oħt Pace Gasan hija Naomi Pace Gasan, it-tfajla ta’ 19-il sena li għandha l-kundizzjoni Down Syndrome u ftit ilu qattgħet jum mal-Prim Ministru Robert Abela.

Ekonomija

Sport