Monday, April 22, 2024

“Kienet tarbija prezzjuża li tħoll il-qlub ta’ kull min jaraha” … Suspett li nqatlet fi sptar f’Manchester

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Kellha ġimagħtejn biss. “Tarbija li kull min jaraha kienet tħollu qalbu”, jgħidu l-ġenituri tagħha. Sfortunatament din it-tarbija hi parti minn inkjesta li qed tinvestiga jekk din it-tarbija nqatlitx fl-isptar.

Il-Pulizija ta’ Greater Manchester isssejħu fl-isptar li jinsab fil-Majjistral tal-Ingiltera u dan wara li l-istaff qajmu tħassib dwar it-tarbija. Minkejja tentattivi mill-istaff mediku tal-isptar, fi żmien tlett ijiem Felicity May Harvey mietet f’nofs Jannar. 

Raġel ta’ 24 sena spiċċa arrestat fuq supsett ta’ qtil, għalkemm inħeles ftit wara. Il-familja qalet li “qalbna hi maqsuma”.  Komplew li “tlifna tarbija prezzjuża”. Iddikjaraw li “kienet tarbija sabiħa. Dejjem attenta u tħares madwarha b’dawk għajnejha blu”.

Il-familja saħqet li l-fatt li f’xufftejha kellha difett kien jagħmilha tarbija speċjali.

Sport