L-eks gowlkiper internazzjonali Sloven Samir Handanovic se jkun qed idendel l-ingwanti tal-futbol darba għal dejjem. Hu għandu 39 sena u fl-istaġun li għadda lagħab ma’ Inter.
L-eks gowlkiper ta’ Udinese, Domzale u Treviso deher 455 darba man-Nerazzurri f’karriera ta’ 11-il sena fi Stadio San Siro.
Handanovic kellu offerti minn diversi klabbs Ewropej matul dan is-suq tat-trasferimenti iżda wara riflessjoni twila ddeċieda li jkun aħjar għalih li jirtira.
Sadanittant jidher li Handanovic se jkun qed jingħata rwol ta’ kollaboratur tekniku ma’ Inter.