Wednesday, July 24, 2024

Mauro Icardi jinsab kuntent ma’ Galatasaray

Aqra wkoll

L-attakkant veteran Arġentin Mauro Icardi kien qed jitkellem mar-rivista uffiċjali tal-UEFA Champions League fejn ammetta li jinsab ferm għal qalbu jilgħab ma’ Galatasaray fit-Turkija.

Icardi għadu kemm skorja l-200 gowl tiegħu fil-karriera f’partita kontra Molde mill-istess kompetizzjoni. Hu qal li mhux faċli li twettaq dan it-tragward.

Icardi qal li kien ilu ma jħossu komdu ma’ klabb wara l-problemi riċenti li kellu fl-Italja li skont hu, issa huma xi ħaġa tal-passat.

Ekonomija

Sport