Il-Ħamis intemmet uffiċjalment il-presidenza ta’ Massimo Ferrero ma’ Sampdoria sabiex il-klabb issa se jaqa’ għand is-sidien Matteo Manfredi u Andrea Radrizzani.
Kien l-istess Ferrero li ta l-aħbar fuq stazzjon televiżiv mill-belt ta’ Liguria
Sampdoria kellhom staġun ferm diffiċli fl-ogħla diviżjoni Taljana hekk kif temmew fl-aħħar post tal-klassifika b’19-il punt minn 37 logħba. Huma eventwalment ġew relegati għas-Serie B.