Friday, July 24, 2026
Home Sport Liverpool interessati f’Kouadio Kone

Liverpool interessati f’Kouadio Kone

0
461

Liverpool qed isegwu sew il-progress tal-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Borussia Monchengladbach Emmanuel Kouadio Kone. Dan tal-aħħar għandu 22 sena u hu plejer ferm veloċi fejn spikka mat-tim Ġermaniż sa mis-sena 2021. 

Hu lagħab 57 partita ma’ Borussia Monchengladbach filwaqt li skorja tliet gowls.

Il-kowċ ta’ Liverpool, Jurgen Klopp hu ferm interessat f’dan il-plejer li lagħab ukoll ma’ Toulouse u kien membru regolari fit-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena.