Saturday, July 25, 2026
Home Sport Sampdoria jgħaddu għand id-duo Manfredi-Radrizzani

Sampdoria jgħaddu għand id-duo Manfredi-Radrizzani

0
380

Il-Ħamis intemmet uffiċjalment il-presidenza ta’ Massimo Ferrero ma’ Sampdoria sabiex il-klabb issa se jaqa’ għand is-sidien Matteo Manfredi u Andrea Radrizzani.

Kien l-istess Ferrero li ta l-aħbar fuq stazzjon televiżiv mill-belt ta’ Liguria

Sampdoria kellhom staġun ferm diffiċli fl-ogħla diviżjoni Taljana hekk kif temmew fl-aħħar post tal-klassifika b’19-il punt minn 37 logħba. Huma eventwalment ġew relegati għas-Serie B.