Samuel Lucas jinħatar Kap tal-Komunikazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aqra wkoll

Samuel Lucas inħatar bħala Kap tal-Komunikazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Huwa se jibda jservi f’dan l-irwol mis-7 ta’ Settembru 2026.

Is-Sur Lucas huwa gradwat bl-Unuri fil-Liġi u kif ukoll fl-Ingliż.

Huwa kien involut fil-ġurnaliżmu għal 7 snin filwaqt li serva bħala Deputat Kap tal-Aħbarijiet. Għal dawn l-aħħar sentejn ħadem ukoll fl-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru jrodd ħajr lis-Sur Edward Montebello għall-ħidma importanti tiegħu, meta serva f’dan l-irwol fl-aħħar snin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport