Sunday, December 22, 2024

Samuel Umtiti jirrifjuta li jħalli lil Barcelona f’Jannar

Aqra wkoll

Id-difensur ta’ Barcelona, Samuel Umtiti, irrifjuta offerti biex jitlaq lill-club fit-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.

Id-difensur rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 għamel biss dehra waħda għall-Blaugrana l-istaġun kollu u mhux maħsub li jinsab fil-pjanijiet ta’ Xavi għal dan l-istaġun.

B’Barcelona ma jistgħux jirreġistraw l-akkwist il-ġdid Ferran Torres sakemm ikunu jistgħu jsolvu l-problemi finanzjarji tagħhpm, il-club huwa determinat li jċedi players marginali li gġandhom salarju għoli bħal Umtiti.

Madankollu, il-player ta’ 28 sena jinsab ħerqan għall-aħħar ċans li jerġa’ jikseb postu fit-team tal-Blaugrana u m’għandu l-ebda intenzjoni li jħalli lill-club dan ix-xahar.

Huwa mifhum li Umtiti rrifjuta sa ħames offerti biex jiċċaqlaq x’imkien ieħor, bid-difensur ċentrali jixtieq jingħaqad ma’ club li jimmilita fiċ-Champions League fost interess minn Fenerbahce u Newcastle United.

Umtiti għamel 133 dehra ma’ Barcelona b’kollox minn meta ngħaqad magħhom mingħand Lyon fl-2016, u għad fadallu 18-il xahar fil-kuntratt eżistenti tiegħu.

Ekonomija

Sport