Minn Cristian Muscat
Neptunes………………9
San Ġiljan……………11
(3-2, 2-1, 2-5, 2-3)
Fid-derby tal-Balluta li rriżulta bħala wieħed ferm emozzjonanti mill-bidu sat-tmiem, San Ġiljan dawru telfa f’rebħa meta għelbu lir-rivali eterni Neptunes bl-iskor ta’ 11-9 biex taw it-tieni telfa lil Neptunes f’temp ta’ ġimgħa wara li proprju s-Sibt ta’ qabel kienu sfaw megħluba minn Sliema bl-iskor strett ta’ 6-5.
Għall-Ġiljaniżi reġa’ spikka Nikolai Zammit li rreġistra poker personali biex kompla jinkuruna staġun mill-aqwa, waqt li għal Neptunes, l-aqwa skorer kien is-sollitu captain Stevie Camilleri bi tliet goals.
Kienu Neptunes li rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-2, bil-goals għalihom jaslu minn Jeremy Abela, Sam Gialanze u Stevie Camilleri. Ben Plumptun u Nikolai Zammit minn penalty wieġbu għall-Ġiljaniżi.
Neptunes rebeħ wkoll it-tieni sessjoni din id-darba bl-iskor ta’ 2-1 bl-iskorers għailhom ikunu Gabriel Pace u Alec Fenech. Ben Plumpton skorja l-uniku goal għas-Saints.
Iżda San Ġiljan wettqu reazzjoni mill-aqwa fit-tielet sessjoni tant li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-2, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers Darren Zammit, Nikolai Zammit, Nicholas Bugelli, Russell Caruana u Andreas Galea. Dan sabiex iż-żewġ goals għal Neptunes waslu t-tnejn minn Stevie Camilleri, bl-ewwel goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Nicholas Bugelli.
Is-Saints rebħu wkoll ir-raba’ u l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 3-2, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Nikolai Zammit (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn penalty u Matthew Zammit. Jeremy Abela u Alec Fenech sabu x-xibka għal Neptunes.
Neptunes: 1-Alan Borg Cole, 2-Jake Muscat, 3-Sam Gialanze (1), 4-Gabriel Pace (1), 5-Jake Cachia, 6-James Spiteri Staines, 7-Stevie Camilleri (3), 8-Jordan Camilleri, 9-Jeremy Abela (2), 10-Michael Spiteri Staines, 11-Alec Fenech (2), 12-Mark Castillo, 13-Marco Rossi Coach: Jovan Popovic
San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Peter Borg, 3-Andreas Galea (1), 4-Nico Schiavone, 5-Russell Caruana (1), 6-Matthew Zammit (1), 7-Ben Plumpton (2), 8-Daniel Tully, 9-Jake Bonavia, 10-Nikolai Zammit (4), 11-Darren Zammit (1), 12-Nicholas Bugelli (1), 13-Gareth Vassallo, 14-Mattias Ortoleva, 15-Nathan Bonavia Coach: Zeljko Kovacic
Referees: Mirko Schiavo, Peter Balzan