Sliema …………. 10
San Ġiljan …… 16
(2-7, 4-5, 2-0, 2-4)
San Ġiljan rebħ l-Enemed Cup, b’dan ikun l-ewwel unur tal-istaġun u t-tmien wieħed konsekuttiv għalihom.
Kienet partita li huma ddominaw għall-ħinijiet twal fejn saħansitra sa tmiem l-ewwel sessjoni kienu diġá bnew vabtaġġ ta’ ħames gaols.
Ta’ nota huwa l-fatt li għal San Ġiljan irritna Ben Plumpton wara li kien qed jilgħab barra minn xtutna.
Għall-Ġiljaniżi, l-aqwa skorer kien Darren Zammit li rreġistra hat-trick personali, waqt li għal Sliema, l-aqwa skorer kien Liam Galea li skorja xjen inqas minn seba’ goals.
Lejn l-aħħar tal-partita tkeċċa l-kowċ Greig ta’ Sliema Giannis Katrouzanakis minħabba protesti, kif ukoll iż-żewġ captains rispettivi John Brownrigg għal Sliema u Matthew Zammit għal San Ġiljan.
Wara l-logħba saret il-preżentazzjoni mill-Kap Eżekuttiv ta’ Enemed Kevin Chircop u l-president tal-ASA Karl Izzo lill-Viċi Captain Jake Tanti, iżda kien il-captain Matthew Zammit li għolla t-trofew.
Sliema: N. Grixti, P. Tabone, L. Galea (7), D. Rizzo (2), J. Cassar, B. Cachia, T. Camilleri, S. Engerer, J. Brownrigg (1), J. Chircop, G. Gatt, D. Zammit, A. Theuma, J. Sciberras, T. Fenech Coach: Giannis Katrouzanakis
San Ġiljan: J. Tanti, N. Bugelli (2), A. Galea (2), B. Plumpton, R. Caruana, M. Zammit (1), J. Bonavia (2), D. Tully (1), J. Abela (1), N. Zammit (2), D. Zammit (3), N. Schiavone (2), G. Borg, S. Cutajar, N. Bonavia Coach: Zeljko Kovacic
Referees: Massimo Angileri, Peter Balzan