Wednesday, July 24, 2024

Hamrun Spartans inaqqsu d-distakk għal tliet punti fil-quċċata

Aqra wkoll

Hamrun Spartans …..2

Gzira United ………….1

Hamrun Spartans għelbu lil Gzira United bl-iskor ta’ 2-1 f’partita kemm­xejn medjokri  li naqset milli tilħaq l-aspettattivi mixtieqa.  Iżda minkejja li ma tant wisq impressjonaw, l-Ispartans għamlu l-aktar ħaġa importanti biex kisbu t-tliet punti u żammew il-pass mal-leaders Floriana hekk ki naqqsu d-distakk għal tliet punti.

Hamrun kienu impostati b’mod tajjeb fil-ground, kuntrarju għall-Maroons li dehru traskurati f’xi waqtiet u komplew jikkonfermaw staġun mill-aktar diżappun­tanti.

Kien biss fit-18-il minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota, b’Hamrun ikunu huma li joħolqu l-periklu meta free-kick Roko Prsa spiċċa ferm għoli.

Wara din l-azzjoni, il-logħob kien karatterizzat f’nofs il-ground biex iż-żewġ goalkeepers rari kienu impenjati.

Il-pressjoni kienet kol­lha fuq l-Ispartans u fil-ftuħ tat-tieni taqsima, ħarġu ferm aggressivi u ta’ dan ġew ippremjati meta fis-47 minuta, fetħu l-iskor.

Dan meta wara li rċieva minn free-kick ta’ Nenov, EDERSON BRUNO DOMINGOS, xellef il-ballun bir-ras li ntemm fir-rokna tax-xibka.

Il-Maroons wieġbu, fis-77 minuta, permezz ta’ xutt tal-captain  Zachary Scerri kważi minn tarf il-kaxxa li ġie salvat b’mod tajjeb mill-goalkeeper Taljan, Fe­derico Mar­chetti. 

Iżda kienu Hamrun li skorjaw, fit-88 minuta, meta l-attakkant LUKE MONTEBELLO temm azzjoni personali, billi qabeż difensur avversarju u tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Gzira naqqsu l-marġni tal-iskor fil-95 minuta meta  mill-corner ta’ Thiago Espindola, CARLOS FILHO CONCEICAO, kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tispiċċa fir-rokna tax-xibka.

HAMRUN S.: 22-Federico Marchetti, 4-Steve Borg (5-Kean Scicluna 79), 10-Joseph Essien Mbong (7-Luke Monetbello 60), Roko Prsa, 17-Yulian Nenov, 23-Uros Duranovic, 25-Ederson Bruno Domingos, 28-Juan Carlos Corbalan, 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli, 98-Jonny – Coach: Luciano Zauri

GZIRA U.: 30-Darijan Zarkov, 2-Carlso Filho Conceiacao, 7-Thaylor Aldama, 8-Zachary Scerri, 9-Marcelo Dias, 11-Lucas Macula (15-Hytem Kabar 88), 20-Farid Roemro Zuniga, 23-Ewertton (26-Alouzi Mohamed 88), 47-Brooklyn Borg (4-Andrew Borg 67), 93-Thiago Espindola, 98-Jackson Mendoza  – Coach: Darren Abdilla

REFEREE: Alex Johnson

ASS. REFEREES: Vasil Vasilev, Kurt Saliba

RABA’ UFF: Slawomir Olucha

SKORERS: E. B. Domingos 47, L. Montebello 83 (H), C. Filho Conceicao 95 (G)

AMMONITI: E. Bruno Domingos, Y. Nenov, R. Camenzuli (H), T. Aldama, T. Espindola (G)

Ekonomija

Sport