Monday, May 13, 2024

Eldorado De Ver inaqqax ismu fuq it-Tazza tal-President

Kenneth Vella

Aqra wkoll

Is-56 laqgħa tal-istaġun li saret l-Erbgħa wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa kienet tikkonsisti minn disa’ tiġrijiet kollha tat-trott. Spikkat l-aktar il-finali tat-Tazza tal-President tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m u li ntebħet mill-Franċiż Eldorado De Ver misjuq minn Noel Baldacchino. Din is-sena din il-kompetizzjoni ġiet organizzata bl-għajnuna ta’ EquestriMalta. 

Tnax -il żiemel ġrew fil-finali tal-aqwa klassi. Kif mistenni, Marcello Wibb (Paul Galea) kien l-aktar wieħed veloċi wara l-bidu uffiċjali u minnufih fetaħ vantaġġ żgħir minn Eldorado De Ver (Noel Baldacchino) u Cepage Des Ulmes (Clint Vassallo). Meta ż-żwiemel qabdu d-dritta finali, Marcello Wibb deher inaqqas mill-pass u dlonk approfitta Eldorado De Ver li qabżu biex ħa s-sitt rebħa tal-istaġun u t-tieni waħda nfila. Espoir D’Elphigny (Jesmar Gafa’) u Dreamer Boy (Julian Farrugia) daħlu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.  

Fi tmiem din il-finali, il-President ta’ Malta, l-E.T. Dr George Vella ppremja lil Noel Baldacchino u Nathan Mifsud, is-sewwieq u s-sid rispettivament taż-żiemel rebbieħ. Preżenti wkoll kien hemm il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport Clifton Grima. Ta’ min wieħed jinnota li Eldorado De Ver kellu medja ta’ 1.14.1” fil-kilometru. 

Interessanti li l-laqgħa nkludiet ukoll żewġ heats u finali għall-ponijiet shetland bi trott fl-okkażjoni tat-Tazza tal-President. Dawn il-ponijiet kienu mijsuqa minn tfal. Il-heats intrebħu minn My Glesca misjuqa minn Matthias McKay u Mystery ta’ Maraya Farrugia. Meta aktar tard saret il-finali temm rebbieħ Mason Bilocca b’Montego. Rodney Gatt temm l-aħjar sewwieq b’erba’ rebħiet.

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Import (S. Cortis) Ħin – 2.09.1” (1.18.7”) 2. Floyd Du Guibel (C. Gerada) 3. Irazu des Racques (Cherise Farrugia) 4. Concerto Cehere (C. Calleja)

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Forrest Beji (J. Gafa’) Ħin – 2.02.3” (1.14.6”) 2. Global Tixedo (J. Vella) 3. Slogans Lotten (J. Vella) 4. Mimmi Lane (M. Debono)

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Hendy d’Auberville (R. Gatt) Ħin – 2.04.1” (1.15.7”) 2. Hip Hop Renardiere (N. Barbara) 3. Queenswood (G. Attard) 4. Let It Be Me Tooma (O. Borg)

IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Ecuador (R. Magro) Ħin – 2.03.9” (1.15.6”) 2. Diablo De Forgan (R. Gatt) 3. Fira (N. Baldacchino) 4. Havaroche (M. Baldacchino)

V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Defi Nay (R. Gatt) Ħin – 2.02.6” (1.14.7”) 2. Great Zeus (M. Sammut) 3. Llama Tooma (N. Baldacchino) 4. Emilie E. (D. Baldacchino)

VI Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Gringo Marancourt (R. Gatt) Ħin – 2.06.8” (1.17.3”) 2. Rose Lloyd (D. Farrugia) 3. Imanol De Mongochy (P. Galea) 4. Artiste d’Alice (C. Grech)

VII Tiġrija. Finali EquestiMalta Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Eldorado De Ver (N. Baldacchino) Ħin – 2.38.7” (1.14.1”) 2. Marcello Wibb (P. Galea) 3. Espoir d’Elphigny (J. Gafa’) 4. Dreamer Boy (J. Farrugia) 

VIII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Deede Star (J. Gafa’) Ħin – 2.02.1” (1.14.4”) 2. Vangiskan Scott (L. Zammit) 3. Cruise (P. Galea) 4. Shining Armor (R. Gatt) 

IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Billie Holiday (R. Gatt) Ħin – 2.04.4” (1.14”) 2. Ezabiau De Goulet (J.C. Pace) 3. Awesome Kronos (N. Baldacchino) 4. Hermes Du Pressoir (L. Frendo) 

Sport