Santa Lucia………………2
Zejtun C……………………0
Santa Lucia għelbu lil Zejtun Corinthians bl-iskor ta’ 2-0, bil-goals għalihom jaslu fi spazju ta’ kwarta, kmieni fil-partita. B’hekk huma żammew posthom mal-elite tal-football Malti fil-Kampjonat Premier, waqt li Zejtun Corinthians għal staġun ieħor se jerġgħu jilagħbu fiċ-Challenge League.
Il-Luċjani dehru impostati aħjar mil-lat tattiku u kellhom iktar pussess tal-ballun tul id-90 minuta. Dan għalkemm Zejtun wettqu reazzjoni tajba fit-tieni taqsima iżda xorta waħda ma rnexxielhomx isibu x-xibka. Kollox ma kollox, il-fatt li Santa Lucia jimmilitaw fil-Kampjonat Premier, waqt li Zejtun jilagħbu f’diviżjoni inferjuri jiġifieri fiċ-Challenge League, dehret evidenti tul il-partita.
Santa Lucia għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u fetħu l-iskor wara biss żewġ minuti, meta wara li rceiva minn corner ta’ Robert Hehedosh, KYRIAN NWOKO b’xutt fil-baxx minn pozizzjini ideali refa’ gewwa.
Huma komplew fuq l-offenisva u fis-17-il minuta rduppjaw l-iskor meta ROBERET HEHENDOSH avvanza tajjeb u b’lob delizzjuż għeleb lil-goalkeeper ta’ Zejtun, Christopher Farrugia.
Kulma jmur kompla d-dominju assolut tal-Luċjani u fil-25 minuta Hehendosh kellu x-xutt tiegħu jintemm barra. Dan sabiex fil-31 minuta Blie dejjem għal Santa Lucia kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tgħaddi tħakkek mal-mimduda.
L-azzjoni sussegwenti waslet biss fit-53 minuta bil-Corinthains ikunu huma li joġolqu l-periklu meta James Brincat kellu freekick mill-isbaħ salvat b’mod spettakolari f’corner mill-goalkeeper ta’ Santa Lucia, Matthew Calleja Cremona.
Huma komplew jippressaw fit-tentattiv li jnaqqsu l-marġni tal-iskor u fis-70 minuta wara li rċieva minn cross mil-lemin, David Xuereb, kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu li ntemmet ftit għoli.
Madankollu, Santa Lucia komplew jamministraw il-vantaġġ doppju li kellhom sa tmiem il-partita.
Santa Lucia: 1-Matthew Calleja Cremona, 2-Matthias Vella, 6-Nicholas Pulis, 8-Robert Bairam (7-Liam McKay 92), 9-Kyrian Nwoko (18-Emerson Camilleri 92), 10-Ayad Blie (21-Jamie Carbone 92), 11-Jan Tanti (19-Sheldon Mizzi 66), 14-Dexter Xiereb, 17-Jurgen Pisani, 24-Rodolfo Soares, 88-Roberet Hehedosh (20-Franciso Rodrigues Farias 78) Coach: Vincenzo Potenza
Zejtun C.: 26-Christopher Farrugia, 5-Nick Ghio, 8-Clyde Borg, 9-Russell Fenech (17-David Tabone 94), 10-James Brincat (14-Kenrick Farrugia 85), 11-Ali Oukarbi, 18-Neil Spiteri (16-Chun Hin-Cheng 94), 19-Andres Moriets, 21-Keith Attard (7-Kenley Scerri 73), 22-Rafael De Fex, 30-David Xuereb (20-Charlo Buttigieg 94) Coach: Orosco Anonam
Referee: Fyodor Zammit
Ass. Referees: Duncan Spencer, Thomas Debono
Raba’ Uffiċjal: Alex Johnson
Skorers: K. Nwoko 2, R. Hehedosh 17 (SL)
Ammoniti: R. Bairam (SL), D. Xuereb (Z)