Tuesday, May 14, 2024

Il-GWU tfakkar Jum il-Ħaddiem

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union illum fakkret Jum il-Ħaddiem, b’ċerimonja ta’ tqegħid ta’ fjuri f’riġlejn il-monument tal-Ħaddiem fl-Imsida.

Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm l-amministrazzjoni ċentrali tal-GWU flimkien mas-Segretarji tat-Taqsimiet u uffiċjali oħra tal-union.

… tfakkar ukoll il-65 anniversarju mill-istrajk ġenerali tat-28 ta’ April 1958

Sadanittant, dalgħodu l-GWU fakkret ukoll il-65 anniversarju mill-istrajk ġenerali li sar fit-28 ta’ April 1958. Bħalma jsir kull sena, saret ċerimonja ta’ tqegħid ta’ fjuri mal-monument fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid, liema mafkar ifakkar lill-eroj li kienu arrestati u ntbagħtu l-ħabs fl-istrajk.

Matul din iċ-ċerimonja, li għaliha kienu preżenti l-amministrazzjoni ċentrali tal-GWU, Segretarji tat-taqsimiet u uffiċjali oħra, ġiet imfakkra l-qlubija tal-ħaddiema Maltin li 65 sena ilu taw bidu għall-mixja lejn il-ħelsien politiku, ekonomiku u soċjali ta’ pajjiżna.

Sport