Monday, May 13, 2024

Sao Paulo jridu lil Alex Sandro

Aqra wkoll

Hekk kif hu fatt magħruf li d-difensur Alex Sandro se jitlaq lil Juventus wara disa’ snin ta’ servizz f’Turin, l-aġent tiegħu qed ifittixlu tim ma’ min jista’ jilgħab fl-istaġun li ġej. Il-kuntratt tiegħu mal-Bianconeri jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju li ġej u żgur mhux se jiġi mġedded.

Huwa għalhekk li l-Brażiljani ta’ Sao Paulo kitbu uffiċjalment lill-aġent tiegħu fit-tentattiv li jiksbu s-servizzi tiegħu.

Alex Sandro għandu 33 sena u f’pajjiżu lagħab ma’ Atletico Paranaense u Santos.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport