Hekk kif ilu ġimgħa li temm ir-relazzjoni tiegħu ma’ Lazio, il-kowċ veteran Taljan Maurizio Sarri jinsab viċin li jmexxi tim nazzjonali barra minn pajjiżu.
Diversi ġurnali Taljani rrappurtaw il-fatt li hemm xi pajjiżi li huma sejħulhom eżotiċi li kkuntattjaw lill-eks kowċ ta’ Napoli u Juventus sabiex jieħu b’kunsiderazzjoni li jmexxi xi tim nazzjonali.
L-istess gazzetti qed jgħidu li f’każ li Stefano Pioli jispiċċa minn kowċ ta’ AC Milan, hu jista’ jiġi kkunsidrat ukoll.