Sasha Gatt ikkonfermat il-kwalifikazzjoni tagħha għall-Kampjonati tad-Dinja tal-Għawm fiċ-Ċina, wara prestazzjoni ta’ suċċess fl-iSwedish Games 2026.
Minbarra r-rekord nazzjonali fil-1,500m li diġà ssemma u l-kisba storika ta’ 808 punt tal-World Aquatics, l-għawwiema Maltija stabbiliet ukoll rekord nazzjonali ġdid fit-800m freestyle, fejn tejbet il-marka preċedenti tagħha b’erba’ sekondi.
Żewġ rekords nazzjonali u l-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati tad-Dinja jfissru kompetizzjoni internazzjonali produttiva ħafna għall-għawwiema ta’ Sliema ASC!




