Wednesday, April 24, 2024

“Sassoli ħalla warajh legat fil-politika Ewropea li se nibqgħu ngħixuh” – Il-PM Robert Abela

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela attenda għaċ-ċerimonja ta’ tifkira għall-President tal-Parlament Ewropew David Maria Sassoli fi Strasburgu. Iċ-ċerimonja saret it-Tnejn 17 ta’ Jannar, fil-bidu tas-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew.

F’kummenti lill-midja, il-Prim Ministru tenna li David Maria Sassoli kien pilastru tal-komunità Ewropea u li kien ta’ unur li jaħdem fil-qrib tiegħu bħala President tal-Parlament Ewropew u fi ħdan il-familja tas-Soċjalisti u Demokratiċi.

“Huwa kien pijunier ta’ ideali Ewropej b’qalb soċjalista u ħalla warajh legat fil-politika Ewropea li se nibqgħu ngħixuh u nesperjenzaw għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin,” tenna l-Prim Ministru Robert Abela.

Huwa esprima l-kondoljanzi tiegħu lill-qraba u l-familjari ta’ David Maria Sassoli.

Qabel iċ-ċerimonja, il-Prim Ministru Robert Abela kellu wkoll laqgħa mal-Aġent President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola.

Sport