Friday, April 26, 2024

Hamrun Spartans jibdew is-sena kalendarja fuq nota tajba

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Hamrun Spartans …..2

Mosta …………………1

Hamrun Spartans bdew is-sena kalendarja 2022 fuq nota pożittiva meta għelbu lil Mosta bl-iskor ta’ 2-1 f’partita li fiha huma pproduċew wirja pożittiva u li kieku kienu iktar preċiżi quddiem il-lasti avversarji, l-iskor seta’ faċilment kien akbar.

Kienu Mosta li ħolqu l-ewwel periklu wara seba’ minuti meta Sunday Akinbule avvanza iżda kellu x-xutt mill-viċin jgħaddi ftit barra.

L-Ispartans wieġbu fl-24 minuta permezz ta’ xutt mid-distanza ta’ Matthew Guillaumier li iżda ġie salvat minn mal-art mingħajr wisq diffikultá mill-goalkeeper ta’ Mosta, Christoffer Mafoumbi.

Huma komplew fuq l-offensiva u man-nofsiegħa logħob, xutt fil-baxx minn tarf il-kaxxa ta’ Faissal El Bakhtaoui għadda ftit barra.

B’azzjoni wara l-oħra, ħames minuti wara finalment Hamrun fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ freekick, Luke Gambin xeħet cross fil-kaxxa, bi CLAUDE DIELNA jogħla tajjeb u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xib­ka.

Iżda fl-40 minuta Mosta rebħu penalty meta Karl Micallef waqqa’ liż-żagħżugħ Zachary Brincat fil-kaxxa.

Mill-11-il metru nkariga ruħu CLAYTON FAILLA li ma żbalajx hekk kif permezz ta’ xutt b’saħħtu spara l-ballun fis-saqaf tax-xibka.

L-Ispartans wettqu reaz­zjoni tajba u fil-45 minuta, Dielna qabad lil Mafoumbi barra l-kaxxa u ttanta xortih permezz ta’ lob delizzjuż, iżda difensur ta’ Mosta kien pront u minn fuq il-linja fatali dawwar il-ballun f’corner.

Ħames minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, l-Ispartans marru fil-vantaġġ meta xutt ta’ El Bakhtaoui minn barra l-kaxxa ġie salvat parzjalment minn Mafoumbi biex mir-rebound, permezz ta’ daqqa ta’ ras JOSEPH MBONG tefa’ fix-xibka.

Fit-72 minuta Hamrun resqu viċin meta x-xutt ta’ El Bakhtaoui minn pożiz­zjoni angolata ġiegħel lil Mafoumbi isalva in extremis.

HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 4-Darko Gojkovic, 6-Matthew Guillaumier, 7-Joseph Mbong, 17-Franklin Sasere, 23-Luke Gambin, 30-Karl Micallef, 33-Isaac Ntow (12-Arthur Oyama 78), 44-Claude Dielna, 91-Emerson Marcelina, 92-Faissal El Bakhtaoui   – Coach: ark Buttigieg

MOSTA: 37-Christoffer Mafoumbi, 6-Roderick Briffa, 7-William Donkin (14-Johnson Nsumoh 46), 13-Clayton Failla, 19-Johann Bezzina (9-Michael Mifsud 70), 27-Raul Manuel Fernandes da Silva, 30-Luis Riascos, 34-Rafael Morisco, 77-Zachary Brincat (11-Duane Bonnici 68), 88-Sunday Akinbule, 98-Rodriguez Ekani (16-Gian­luca Sciberras 75)   – Coach: Jo­seph Grech

REFEREE: Fyodor Zammit

ASS. REFEREES: Edward Spiteri, Shaun Calleja

RABA’ UFF: Emanuel Grech

SKORERS: C. Dielna 35, J. Mbong 50 (H), C. Failla 40 (M)

AMMONITI: K. Micallef, D. Gojkovic (H), L. Riascos (M)

Sport