Saturday, May 18, 2024

Savior Gaffarena nqatel b’tir f’rasu… Persuni miżmumin mill-Pulizija ftit sigħat wara l-isparatura

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Pulizija kkonfermat li kien ilbieraħ għall-ħabta tal-11:15p.m li daħal rapport li kien hemm xi persuni feruti fil-bypass tal-Imqabba. Xi uffiċjali li kienu fil-post minħabba wirja piroteknika li kienet għaddejja ftit tal-ħin qabel ġew avviċinati minn persuna li kien qed isuq vettura tat-tip Renault Megan li beda jgħajjat li kienu sparawlu.

Mill-ewwel informazzjoni jidher li l-isparatura seħħet f’Ħal Millieri bejn Triq iż-Żurrieq u Triq l-Imqabba, iżda l-vettura nstaqet sa Triq il-Konvoj fl-Imqabba. Dawk involuti fl-isparatura huma s-sewwieq Vince Gaffarena ta’ 17-il sena u Savior Gaffarena ta’ 27 sena. Il-vittma sofra tir f’rasu filwaqt li s-sewwieq instab b’tir f’sidru u ieħor f’rasu. Dan tal-aħħar ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa u jinsab f’qagħda stabbli.

Fi ftit anqas minn tliet sigħat wara ġew arrestati żgħażugħ ta’ 18-il sena u ieħor ta’ 19-il sena fil-lokalità ta’ Ħal Kirkop. Minbarra dawn is-suspettati ewlenin hemm żewġ persuni oħra li qed jgħinu lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet tagħhom.

Il-Pulizija elevat ukoll xi skrataċ li qed jgħinuha sabiex tiskopri x’arma ntużat f’din l-isparatura.

Il-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiak qed imexxi l-inkjesta.

Sport