Saturday, October 26, 2024

Saviour Magro huwa l-vittma tal-inċident f’Ħal Luqa

Aqra wkoll

Ir-raġel ta’ 56 sena residenti Tas-Sliema li aktar kmieni miet f’inċident fi stabbiliment f’Ħal Luqa ġie identifikat bħala Saviour Magro.

Fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu ddeskrivewh bit-tbissima li se tkun diffiċli biex jinsew minn fuq fommu u oħrajn bkew it-telfa tiegħu li ħareġ biex jaqla’ l-ħobża ta’ kuljum u ma rritornax lura ma’ familtu bħas-soltu.

Magro ddaħħal l-Isptar b’urġenza wara li sofra ġrieħi meta waqa’ minn għoli ta’ madwar disa’ metri minħabba li ċeda bih raff, iżda sfortunatament kien iċċertifikat mejjet ftit wara.

Sport