Wednesday, April 24, 2024

Schalke 04 fi kriżi kbira

Aqra wkoll

Hekk kif intlagħbet ġurnata oħra ta’ logħob mill-Bundesliga Ġermaniża, spikkat t-telfa qarsa ta’ Schalke 04 li ġew megħluba minn Hertha Berlin bl-iskor ta’ 2-1. B’din is-seba’ telfa minn 11-il partita, it-tim mill-belt ta’ Gelsenkirchen jinsab fl-aħħar post tal-klassifika b’sitt punti biss.

Il-kriżi ta’ Schalke 04 ilha għaddejja għal dawn l-aħħar ġimgħat tant li wara t-telfa fit-tazza Ġermaniża kontra Hoffenheim bl-iskor ta’ 5-1, il-klabb keċċa lill-kowċ Frank Kramer.

Sport